Is-Sinjura Carmen Ogilvie-Galea kellha diversi karigi minn meta ngħaqdet mas-Servizz Pubbliku fl-2000. Hija bdiet il-karriera tagħha fis-Servizz Pubbliku bħala Prinċipal u aktar tard bħala Prinċipal Anzjan fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin sal-2004. Okkupat il-pożizzjoni ta’ Assistent Direttur (Affarijiet tal-UE) fil-Ministeru għall-Investiment, Industrija u IT sal-2009 meta nħatret bħala Kap (OP I) fid-Dipartiment tal-Ippjanar u l-Koordinazzjoni tal-Prijoritajiet. Is-Sinjura Ogilvie-Galea inħatret bħala Direttur (Servizzi Korporattivi) fil-Ministeru għal Għawdex fl-2011, kariga li żammet sal-2016 meta nħatret bħala Direttur Ġenerali (Operat). Fi Frar 2024 inħatret bħala Direttur Ġenerali (Isptar Ġenerali ta’ Għawdex). Dan l-aħħar inħatret bħala Uffiċjal Kap Eżekuttiv fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Is-Sinjura Ogilvie-Galea iggradwat fl-Ekonomija mill-Università ta’ Malta. Hija miżżewġa u għandha żewġt ibniet.