Aġġornament tal-Informazzjoni Personali tiegħek

Lir-residenti kollha li jagħmlu użu mis-servizzi tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex:

Għadna kemm introduċejna servizz ġdid li permezz tiegħu l-pazjenti jistgħu jitolbu tibdil fl-informazzjoni personali tagħhom kif miżmuma fis-sistema tal-IT tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex.

Dan jista’ jsir billi int timla formula online billi taċċess hawnhekk. Jew inkella, int tista’ tiġi sal-Customer Care Unit tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex. Hu importanti li int turi dokument tal-identità tiegħek.

Aktar Informazzjoni

Għaliex l-Isptar Ġenerali t’Għawdex qiegħed jiġbor din l-Informazzjoni?

L-Isptar Ġenerali t’Għawdex għandu bżonn li jżomm l-informazzjoni tal-pazjenti aġġornata fis-Sistema tal-IT tal-Isptar. Dan hu importanti sabiex aħna jkollna l-informazzjoni korretta meta niġu biex niskedaw l-appuntamenti jew nikkomunikaw miegħek.

Kif nista’ nkun informat li l-informazzjoni ġiet amendata?

Dawk li jimlew l-applikazzjoni online, jirċievu konferma permezz ta’ email mibgħuta fl-indirizz tal-email ipprovdut.